Language of document : ECLI:EU:C:2011:761

Kawża C-214/10

KHS AG

vs

Winfried Schulte

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamm)

“Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE — Dritt għal-leave annwali mħallas — Estinzjoni tad-dritt għal-leave annwali mħallas li ma tteħidx minħabba mard fl-iskadenza ta’ terminu previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali”

Sommarju tas-sentenza

Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7(1))

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet jew prattiċi nazzjonali, bħal ftehim kollettiv, li jillimitaw, għal perijodu ta’ trasferiment tal-leave ta’ ħmistax-il xahar li fl-iskadenza tiegħu d-dritt għal-leave annwali mħallas jintemm, il-kumulu tad-drittijiet għal tali leave ta’ ħaddiem li jkun ilu inkapaċi biex jaħdem għal diversi perijodi ta’ referenza konsekuttivi.

(ara l-punt 44 u d-dispożittiv)