DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT‑TIELET AWLA TAT‑TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA
2 ta’ Lulju 2013
Kawża F‑53/12
Bogdi et
vs
Il-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew (KESE)
“Ftehim bonarju dwar it-tilwima — Artikolu 69(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Ftehim bejn il-partijiet fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu r-rikorrenti qegħdin essenzjalment jitolbu l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali li jippromwovuhom mill-grad AST 5 għall-grad AST 6, sa fejn l-imsemmija promozzjonijiet għandhom l-effett li jnaqqsu retroattivament il-fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli għas-salarju tagħhom sa mill-1 ta’ April 2011.
Deċiżjoni: Il-Kawża F‑53/12, Bogdi et vs KESE, hija mħassra mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim milħuq bejniethom.
Sommarju
Rikorsi tal-uffiċjali — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-ServizzPubbliku, Artikolu 69)