Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Ottubru 2014 – AY vs Il-Kunsill

(Kawża F-23/11)1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rinviju għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qabel l-annullament – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2010 – Eżami komparattiv tal-merti – Deċiżjoni li ma jiġix promoss ir-rikorrent)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AY (rappreżentanti: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. F. Jensen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 u għall-kumpens għad-dannu morali subi. réparation du préjudice moral subi. Kawża T-167/12 P irrinvijata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara kassazzjoni.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.AY ibati l-ispejjeż tiegħu esposti fil-Kawżi F-23/11, T-167/12 P u F-23/11 RENV rispettivament kif ukoll l-ispejjeż esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża  F 23/11.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ibati l-ispejjeż tiegħu esposti fil-Kawżi  T-167/12 P u F-23/11 RENV.