Rikors ippreżentat fl-14 ta' Awwissu 2012 - Capitalizaciones Mercantiles vs UASI - Leineweber (X)
(Kawża T-378/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Capitalizaciones Mercantiles Ltda (Bogotà, il-Kolombja) (rappreżentanti: J. Devaureix, u L. Montoya Terán, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leineweber GmbH & Co. KG (Herford, il-Ġermanja) 7045818
Talbiet
tiddikjara ammissibbli dan ir-rikors għal annullament, flimkien mad-dokumenti kollha annessi, u l-kopji korrispondenti;
taċċetta l-provi kollha annessi mar-rikors;
tilqa t-talbiet tar-rikorrenti, filwaqt li tħalli mingħajr effett id-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Mejju 2012 fil-Każ R 1524/2001-1, dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru 7045818, u konsegwentement tikkonferma d-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-25 ta' Mejju 2011 li ppermettiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7045818 "X" (figurattiva) għal prodotti fil-klassi 25; u
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "X" għal prodotti fil-klassi 25 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7045818
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4736609 tat-trade mark figurattiva "X", għal, fost oħrajn, prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda għall-prodotti kollha kkontestati
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata hija annullata u l-applikazzjoni kkontestata hija miċħuda għall-prodotti fil-klassi 25
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
____________