Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2014 – Demon International vs UASI Big Line (DEMON)

(Kawża T-380/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva DEMON – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti DEMON – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Demon International, LC (Orem, Utah, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Krüger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina, sussegwentement L. Rampini, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Big Line Sas di Graziani Lorenzo (Thiene, l-Italja) (rappreżentant: B. Osti, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1845/2011-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Demon International LC u Big Line Sas di Graziani Lorenzo.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-20 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1845/2011-4), hija annullata sa fejn hija annullat parzjalment id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni u ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 6 375 398 dwar il-“maskri għall-iski” u l-“maskri għas-snowboarding”.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Demon International LC u Big Line Sas di Graziani Lorenzo għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk esposti quddiem il-Bord tal-Appell.

4)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 331, 27.10.2012.