Language of document : ECLI:EU:T:2014:76





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 — Demon International vs UASI – Big Line (DEMON)

(Kawża T‑380/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva DEMON — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti DEMON — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 28, 60)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 36, 37, 41)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 48, 52-54)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva DEMON u trade mark verbali DEMON (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 64, 66-68)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal‑20 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1845/2011‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Demon International LC u Big Line Sas di Graziani Lorenzo.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal‑20 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1845/2011‑4), hija annullata sa fejn hija annullat parzjalment id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni u ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 6 375 398 dwar il-“maskri għall-iski” u l-“maskri għas-snowboarding”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Demon International LC u Big Line Sas di Graziani Lorenzo għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk esposti quddiem il-Bord tal-Appell.

4)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.