Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2011 - ara vs UASI - Allrounder (A)

(Kawża T-397/10) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Nuqqas ta' osservanza tat-terminu għall-preżentata tal-motivi tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiċħad it-talba għal restitutio in integrum - Rikors manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ara AG (Langenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Allrounder SARL (Sarrebourg, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Ġunju 2010 (Każ R 1543/2009-1), dwar talba għal restitutio in integrum imressqa mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

ara AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.