Language of document : ECLI:EU:T:2022:1


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Jannar 2022 –
Neolith Distribution vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetut ornamentali)

(Kawża T-259/21)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea ta’ disinn ripetut – Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetut ornamentali – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ appell – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ordni indirizzata lill-Uffiċċju – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(6))

(ara l-punt 10)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 16, 17)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks ta’ disinn ripetut applikati fuq is-superfiċi tal-prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b); Regolament tal-Kummissjoni 2018/626, Artikolu 3(3)(e))

(ara l-punti 18, 28, 31, 32, 34)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Rikonoxximent tal-karattru distintiv tas-sinjal mhux suġġett għall-konstatazzjoni ta’ ċertu livell ta’ kreattività jew ta’immaġinazzjoni lingwistika jew artistika

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punt 19)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark ta’ disinn ripetut li jirrappreżenta disinn ripetut ornamentali

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 20, 21, 29, 35, 36, 38)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ nullum crimen sine lege – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001)

(ara l-punti 42 sa 44)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1))

(ara l-punti 50, 51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Marzu 2021 (Każ R 2155/2020-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta‘ sinjal b’disinn ripetut li jirrappreżenta disinn ripetut ornamentali bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Neolith Distribution, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.