Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Marchi Industriale vs ECHA

(Kawża T-620/13) 1

(“REACH — Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza — Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju — Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża — Rakkomandazzjoni 2003/361/KE — Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva — Determinazzjoni tad-daqs tal-impriża — Setgħa tal-ECHA — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Marchi Industriale SpA (Firenże, l-Italja) (rappreżentanti: M. Baldassarri u F. Donati, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: inizjalment M. Heikkilä, A. Iber, E. Bigi, J.-P. Trnka u E. Maurage, sussegwentement M. Heikkilä, E. Bigi, J.-P. Trnka u E. Maurage, agenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SME(2013) 3747 tal-ECHA, tad-19 ta’ Settembru 2013, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti sabiex tibbenefika mit-tnaqqis ta’ ħlasijiet previst għall-impriżi ta’ daqs medju u li timponilha spiża amministrattiva u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-fatturi maħruġa mill-ECHA wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni SME(2013) 3747.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Marchi Industriale SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 24, 25.1.2014.