Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Lulju 2011 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/10 P) 1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati - Eċċezzjoni ta' rikors parallel - Difetti proċedurali - Drittijiet tad-difiża - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-22 ta' Ġunju 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-78/09, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 288, 23.10.2010.