Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Settembru 2010 - Handicare vs UASI - Apple Corps (BEATLE)

(Kawża T-369/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Handicare Holding BV (Helmond, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. van Roeyen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apple Corps Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fil-31 ta' Mejju 2010 fil-Każ R 1276/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "BEATLE" għal prodotti fil-klassi 12

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni fir-Renju Unit ta' trade marks figurattivi "BEATLES" u "THE BEATLES" taħt in-Nru 1341242, għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjoni fi Spanja tat-trade mark figurattiva "BEATLES" taħt in-Nru 1737191, għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjonijiet fil-Ġermanja ta' trade marks figurattivi "BEATLES" taħt in-Nru 1148166 u n-Nru 2072741, għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjoni fil-Portugall tat-trade mark figurattiva "BEATLES" taħt in-Nru 312175 għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjoni fi Franza tat-trade mark figurattiva "BEATLES" taħt in-Nru 1584857, għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjoni fl-Italja tat-trade mark figurattiva "BEATLES" taħt in-Nru 839105 għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja "BEATLES" taħt in-Nru 219048 għal prodotti fil-klassijiet 6, 9, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 34 u 41; reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Komunitarja "BEATLES" taħt in-Nru 219014 għal prodotti fil-klassijiet 6, 9, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 34 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jiċħad l-oppożizzjoni għal dawn ir-raġunijiet, minkejja li ġie stabbilit li ma hemmx xebh reali bejn il-prodotti inkwistjoni; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda ħażin li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dan l-artikolu kienu sodisfatti.

____________