Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 – SIAE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur relatati mal-eżekuzzjoni fil-pubbkiku ta’ xogħolijiet mużikali permezz tal-internet, tas-satellita u tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterali bejn il-kumpanniji ta’ amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftehma li teskludi l-possibbiltà li jinħarġu liċenzji multiterritorjali u multirepertorji – Prova – Preżunzjoni ta’ innoċenza”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società italiana degli autori ed editori (SIAE) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, L. Vullo u S. Valentino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC). DispożittivL-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC), huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Società italiana degli autori ed editori (SIAE).L-Artikolu 4(2) ta’ din id-deċiżjoni huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil SIAE.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri prinċipali.SIAE u l-Kummissjoni għandhom ibatu, kull waħda minnhom, l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.