Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Göteborg – l-Isvezja) – Allmänna ombudet hos Tullverket vs Combinova AB

(Kawża C-476/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kodiċi Doganali tal-Unjoni – Artikolu 124(1)(k) – Estinzjoni tad-dejn doganali fil-każ ta’ nuqqas ta’ użu tal-merkanzija – Kunċett ta’ “merkanzija użata” – Skema tal-irfinar tad-dħul – Dejn doganali li seħħ minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-regoli previsti fil-kuntest tal-proċedura tal-irfinar tad-dħul – Assenza tal-preżentazzjoni tal-polza tar-rilaxx fit-terminu previst)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Göteborg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Allmänna ombudet hos Tullverket

Konvenuta: Combinova AB

Dispożittiv

L-Artikolu 124(1)(k) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu tal-merkanzija li tirreferi għalih din id-dispożizzjoni jirrigwarda biss użu li jmur lil hinn mill-operazzjonijiet ta’ pproċessar awtorizzati mill-awtoritajiet doganali fil-kuntest tal-proċedura tal-irfinar tad-dħul prevista fl-Artikolu 256 ta’ dan il-kodiċi, u mhux użu konformi ma’ dawn l-operazzjonijiet ta’ pproċessar awtorizzati.

____________

1     ĠU C 288, 26.8.2019.