Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt – Patent- och marknadsöverdomstolen – l-Isvezja) – BY vs CX

(Kawża C-637/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29/KE – Soċjetà tal-informazzjoni – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Artikolu 3(1) – Komunikazzjoni lill-pubbliku – Kunċett ta’ ‘pubbliku’ – Trażmissjoni b’mod elettroniku lil qorti ta’ xogħol protett, bħala prova fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt – Patent- och marknadsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BY

Konvenut: CX

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, ma jkoprix it-trażmissjoni b’mod elettroniku lil qorti, bħala prova fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja bejn individwi, ta’ xogħol protett.

____________

1     ĠU C 372, 4.11.2019.