Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Ottubru 2010 - Asenbaum vs UASI (WIENER WERKSTÄTTE)

(Kawżi T-230/08 u T-231/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade mark Komunitarja verbali WIENER WERKSTÄTTE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Paul Asenbaum (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: P. Vögel u E. Ploil, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta' April 2008 (Każijiet R 1573/2006-4 u R 1571/2006-4), dwar żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WIENER WERKSTÄTTE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-230/08 u T-231/08 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Paul Asenbaum huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 223, 30.08.2008.