Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fis-26 ta’ Jannar 2022 – VZ vs CA

(Kawża C-53/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VZ

Konvenut: CA

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi 1 jipprekludi li offerent definittivament eskluż minn proċedura ta’ għażla tal-kuntrattur jiġi miċħud mill-possibbiltà li jappella kontra r-rifjut ta’ annullament tal-għoti, meta jkun bi ħsiebu juri li l-offerent magħżul, u l-offerenti l-oħra kollha li saret lista mqassra tagħhom, kienu wettqu nuqqas professjonali serju meta kienu għamlu ftehimiet antikompetittivi kkonstatati fil-qrati biss wara l-esklużjoni tal-offerent, u dan sabiex jikseb il-possibbiltà li jipparteċipa fil-proċedura li ssir mill-ġdid?

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 89/665 u l-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] dwar il-protezzjoni tal-kompetizzjoni jipprekludu lill-qorti amministrattiva milli tkun tista’ teżamina l-appell ippreżentat minn kompetitur definittivament eskluż minn proċedura għall-għażla tal-kuntrattur, kontra r-rifjut tal-awtorità kontraenti li tannulla l-atti ta’ ammissjoni u l-għoti tal-kuntratt lill-offerenti li jkunu kkonkludew ftehimiet antikompetittivi, ikkonstatati minn qorti, fl-istess settur li huwa s-suġġett tal-proċedura?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246, rettifika fil ĠU 2016, L 63, p. 44.