Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Mejju 2012 - Advance Magazine Publishers vs UASI - Eduardo López Cabré (VOGUE)

(Kawża T-229/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eduardo López Cabré (Barcelona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Marzu 2012 (R 1170/2011-4);

sussidjarjament, tilqa' l-oppożizzjoni biss sa fejn din tikkonċerna l-umbrelel, il-parasolijiet u l-aċċessorji għall-umbrelel u għall-parasolijiet;

tikkundanna lill-parti li qed topponi għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "VOGUE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 21, 24, 26, 28, 35, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44 u 45 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 023 041

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali u Komunitarja "VOGUE" u t-trade mark figurattiva nazzjonali "VOGUE moda en lluvia" għal prodotti fil-klassi 18

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________