Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Mejju 2012 - Wilmar Trading vs UASI - Agroekola EOOD (ULTRA CHOCO)

(Kawża T-232/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wilmar Trading Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: E. Miller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Agroekola EOOD (Sofia, il-Bulgarija)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' Marzu 2012 fil-Kawża R 87/2012-1; u

tordna lill-UASI jeżamina l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fl-10 ta' Novembru 2011 fil-Każ Nru B001760043 u li jsegwi l-proċedura normali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ULTRA CHOCO" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9221111

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Singaporjana T0113987B tat-trade mark verbali "ultra choco" għal prodotti fil-klassi 29; trade mark mhux irreġistrata Ewropea u Bulgara "ULTRA CHOCO", abbażi tal-Artikolu 8(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell meqjus li ma ġiex ippreżentat

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(3)(a)(ii) u (b) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni).

____________