Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2015 – Amitié vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/12) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Sussidju – Għajnuna finanzjarja – Sospensjoni ta’ ħlas – Talba għar-rimbors tal-ispejjeż iddikjarati – Danni – Interessi moratorji – Nota ta’ debitu – Responsabbiltà kuntrattwali – Kontrotalba”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Amitié Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: D. Bogaert, M. Picat u C. Siciliano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Moro u S. Delaude, aġenti, assistiti inizjalment minn R. Van der Hout u A. Krämer, sussegwentement minn R. Van der Hout u A. Köhler, avukati)

Suġġett

Rikors, skont l-Artikolu 272 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, intiż, fl-ewwel lok, sabiex jiġi kkonstatat, qabel kollox, li l-ammonti miġbura mir-rikorrenti b’eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju u ta’ żewġ ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja konklużi bejn din tal-aħħar u l-Komunità, irrappreżentata mill-Kummissjoni, kif ukoll il-piena finanzjarja u l-interessi moratorji li l-Kummissjoni titlob li r-rikorrenti tirrimborsa jew li tħallas, fid-dawl tal-konklużjonijiet finali tal-awditu finanzjarju, ma humiex dovuti jew, għall-inqas, ma humiex dovuti kollha kemm huma, sussegwentement, li d-dritt tal-Kummissjoni li testendi l-applikazzjoni tal-konklużjonijiet finali tal-awditu għal ftehim ieħor ta’ sussdiju huwa preskritt u, fl-aħħar nett, li l-Kummissjoni tat lok għar-responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni billi ssospendiet, fid-dawl tal-konklużjonijiet preliminari tal-awditu finanzjarju, il-ħlas tal-ammonti dovuti lir-rikorrenti b’eżekuzzjoni ta’ żewġ ftehimiet oħra ta’ sussidju u, fit-tieni lok, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallasha, minn naħa, l-ammonti li għadhom dovuti lilha abbażi tal-ftehimiet ta’ sussidju li l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet sospiża u abbażi ta’ ftehim ieħor ta’ għajnuna finanzjarja, kif ukoll interessi moratorji u, min-naħa l-oħra, danni intiżi li jikkumpensaw lir-rikorrenti għad-dannu subit minħabba l-eżerċizzju abbużiv, mill-Kummissjoni, tad-drittijiet li hija kellha taħt ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja jew minn sussidji suġġetti għall-awditu finanzjarju u minn ftehimiet ta’ sussidju li l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet sospiża, wara dan l-awditu.DispożittivMa hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ Amitié Srl intiżi sabiex tittieħed konjizzjoni tar-rinunzja tal-Kummissjoni Ewropea li tikkontesta l-ammonti li baqa’ dovuti lilha b’eżekuzzjoni tal-ftehimiet ta’ sussidju bir-referenza ECP-2007-DILI-517005, dwar l-azzjoni Athena (Access to cultural heritage networks across Europe), u ECP-2008-DILI-538025, dwar l-azzjoni Judaica Europeana (Jewish urban digital European integrated cultural archive).Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Amitié hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni, l-ewwel nett, ammont ta’ EUR 50 458.23 flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 4.5 % fis-sena b’effett mis-6 ta’ April 2012 u sa meta jitħallas kompletament dan l-ammont, it-tieni nett, ammont ta’ EUR 261 947.36 flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 4.25 % fi

s-sena b’eff

ett mit-28 ta’ Diċembru 2012 u sa meta jitħallas kompletament dan l-ammont, it-tielet nett, ammont ta’ EUR 358 712.35 flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 4.5 % fis-sena b’effett mit-8 ta’ Mejju 2012 u sa meta jitħallas kompletament dan l-ammont, u, ir-raba’ nett, ammont ta’ EUR 5 045.82 flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 4.5 % fis-sena b’effett mit-23 ta’ Ġunju 2012 sa meta jitħallas kompletament dan l-ammont.Amitié hija kkundannata

tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha ste

ss, erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.Il-Kummissjoni għandha tbati parti minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 ĠU C 243, 11.08.2012.