Language of document : ECLI:EU:T:2010:433





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2010 – Asenbaum vs UASI (WIENER WERKSTÄTTE)

(Kawżi T-230/08 u T-231/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade mark Komunitarja verbali WIENER WERKSTÄTTE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 33, 42, 43)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ April 2008 (Każijiet R 1573/2006‑4 u R 1571/2006‑4), dwar żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WIENER WERKSTÄTTE bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Paul Asenbaum

Trade mark Komunitarja  kkonċernata:

Trade marks verbali WIENER WERKSTÄTTE għal prodotti fil-klassijiet 6, 11, 14, 16, 20, 21 u 34 (Applikazzjoni Nru 4133501) kif ukoll għal prodotti fil-klassi 14 (Applikazzjoni Nru 4207783)

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appelli miċħuda


Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑230/08 u T‑231/08 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

P. Asenbaum huwa kkundannat għall-ispejjeż.