Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2019 – a&o hostel and hotel Berlin vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-578/17) 1
(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna għall-funzjonament – Ħostel għaż-żgħażagħ, f’Berlin – Użu ta’ beni immobiljari pubbliku mingħajr ħlas ta’ kera – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna possibbli kompatibbli mas-suq intern – Artikolu 107(3)(c) TFUE – diffikultajiet serji”)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: a&o hostel and hotel Berlin GmbH, aventi kawża ta’ A & O Hotel and Hostel Friedrichshain GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Heise u M. Lindner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, A. Bouchagiar u T. Maxian Rusche, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment T. Henze u R. Kanitz, sussegwentement R. Kanitz, aġenti, assistiti minn K. Dingemann, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3220 finali, tad-29 ta’ Mejju 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.43145 (2016/FC) – il-Ġermanja, dwar l-allegati miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mhux fiskali illegali favur il-Jugendherberge Berlin Ostkreuz gGmbH, li sommarju tagħha huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, C 193, p. 1).
Dispożittiv
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3220 finali, tad-29 ta’ Mejju 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.43145 (2016/FC) – il-Ġermanja, dwar l-allegati miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mhux fiskali illegali favur il-Jugendherberge Berlin Ostkreuz gGmbH, hija annullata.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn a&o hostel and hotel Berlin GmbH.
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
____________
1 ĠU C 338, 9.10.2017.