Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Sajewicz- Świackiewcz vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-39/13)

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba taħt skemi oħra, lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni – Deċiżjoni li tirrigwarda r-rikonoxximent ta’ akkreditazzjoni ta’ snin ta’ servizz li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jolanta Sajewicz- Świackiewcz (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, u finalment minn J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Ehrbar u M. G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent, u finalment minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba ta’ annullament tad-deċiżjoni li tistabilixxi li tistabbilixxi l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni b’applikazzjoni tad-DĠI ġodda u d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħuda bħala manifestament infondat.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________