Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2024 – Atusa Grupo Empresarial vs EUIPO – Hans Sasserath (SYC)

(Kawża T-21/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent Atusa Grupo Empresarial, SA (Salvatierra, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hans Sasserath GmbH & Co. KG (Korschenbroich, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva “SYC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 401 653

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 452/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu għal dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________