Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2024 – US vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-18/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: US (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taċċetta dan ir-rikors bħala proċeduralment validu u tiddikjarah fondat u ġġustifikat;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni ta’ inammissibbiltà kkontestata u r-rapport kkontestat, jew inkella tiddikjarahom nulli u mingħajr effett;

tagħti lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 50 884.71 bħala kumpens għad-dannu materjali, kif ukoll l-ammont ta’ EUR 5 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors intiż għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2022, huwa jinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura.

____________