Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2012 - Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-243/07) 

("Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Miżuri li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda - Att ta' Adeżjoni tal-2003 - Determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom - Għan imfittex minn dispożizzjoni ta' dritt primarju - Deċiżjoni 2007/361/KE")

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment E. Ośniecka-Tamecka, sussegwentement T. Nowakowski, sussegwentement M. Dowgielewicz, u fl-aħħar nett M. Szpunar, B. Majczyna u D. Krawczyk, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u A. Szmytkowska, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u R. Krasuckaitė, aġenti); u r-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: inizjalment J. Čorba, sussegwentement B. Ricziová u M. Kianička, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, tal-4 ta' Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 138, p. 14), sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika tal-Polonja.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, tal-4 ta' Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, hija annullata, sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika tal-Polonja.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja.

Ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Litwanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 211, 08.09.2007.