Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Lulju 2007 - Weiler vs L-UASI - CISQ (Q2WEB)

(Kawża T-242/07)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dieter Weiler (Pulheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, T. Dolde u A. Renck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: CISQ Federazione Certificazione Italiana Sistemi di Qualità Aziendali

Talbiet tar-rikorrent

tannula d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) Nru R 893/2005-1 tad-29 ta' Marzu 2007, u;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża jew, fil-każ ta' intervent tal-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell, tikkundanna lill-konvenut u l-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba ta' annullament: it-trade mark verbali "Q2WEB" fir-rigward ta' prodotti u servizi fil-klassijiet 9, 35, 38 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 2 418 150)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: CISQ Federazione Certificazione Italiana Sistemi di Qualità Aziendali

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob l-annullament: trade mark verbali "QWEB" fir-rigward ta' prodotti u servizzi fil-klassi 42 (trade mark Komunitarja Nru 1 772 078), trade mark figurattiva "QWEB" li tirrigwarda servizi fil-klassijiet 35, 38 u 42 (trade mark Komnunitarja Nru 1 871 201) u trade mark verbali "QWEBMARK" li tirrigwarda servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 1 771 963)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : annullament tat-trade mark in kwistjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 52(1)(a), moqri fl-imkien ma' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, peress illi t-trade marks konfliġġenti ma jixtibhux fil-livell viżiv, ta' ħoss u kunċettwali u li d-differenzi bejn is-sinjali huwa biżżejjed sabiex jiġi eskluż ir-riskju ta' konfużjoni f'moħħ il-konsumatur rilevanti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p.1)