Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Settembru 2011 - Mugraby vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/09) 1

"Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Astensjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jieħdu miżuri kontra r-Repubblika Libaniża - Allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent u tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u r-Repubblika Libaniża - Inammissibbiltà manifesta - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat fid-dritt"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Muhamad Mugraby (Beyrouth, il-Libanu) (rappreżentanti: J. Regouw u L. Spigt, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro, B. Driessen u E. Finnegan, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Tufvesson u S. Boelaert, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni bil-għan li jiġi kkonstatat li l-Kunsill u l-Kummissjoni naqsu illegalment milli jieħdu pożizzjoni fuq it-talba tar-rikorrent dwar l-adozzjoni ta' miżuri kontra r-Repubblika Libaniża minħabba l-allegat ksur minnha tad-drittijiet fundamentali tiegħu kif ukoll tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni konkluż bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, u t-tieni nett, rikors għad-danni bil-għan li jinkiseb kumpens għad-danni li allegatament sofra r-rikorrent minħabba n-nuqqas ta' azzjoni min-naħa ta' dawn l-istituzzjonijiet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Muhamad Mugraby huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 244, 10.10.2009.