Language of document : ECLI:EU:T:2011:418





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2011 – Mugraby vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T‑292/09)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Astensjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jieħdu miżuri kontra r-Repubblika Libaniża – Allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent u tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u r-Repubblika Libaniża – Inammissibbiltà manifesta – Rikors għad-danni – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati - Ommissjoni tal-Kummissjoni milli tindirizza lill-Kunsill rakkommandazzjoni dwar is-sospensjoni ta’ għajnuna Komunitarja lil Stat terz - Inammissibbiltà (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 232 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1638/2006, Artikolu 28) (ara l-punti 46-50)

2.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati - Ommissjoni tal-Kunsill milli jitlob lill-Kummissjoni li tippreżentalu proposta dwar miżuri dwar l-assistenza mogħtija lil Stat terz - Inammissibbiltà (Artikolu 208 KE u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 232 KE) (ara l-punti 54, 55)

3.                     Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja - Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 59)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Repubblika Libaniża - Setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-politika esterna tal-Unjoni - Assenza ta’ għoti ta’ drittijiet lill-individwi (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 66-73)

5.                     Ftehim internazzjonali - Ftehim tal-Komunità - Effett dirett - Kundizzjonijiet - Dispożizzjoni li tinkludi obbligu ċar u preċiż, mhux suġġett għall-intervent ta’ att ulterjuri - Artikolu 86 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Repubblika Libaniża - Assenza ta’ effett dirett (Artikolu 300(7) KE; Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Repubblika Libaniża, Artikolu 86) (ara l-punti 73-81)

Suġġett

L-ewwel nett, rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni bil-għan li jiġi kkonstatat li l-Kunsill u l-Kummissjoni naqsu illegalment milli jieħdu pożizzjoni fuq it-talba tar-rikorrent dwar l-adozzjoni ta’ miżuri kontra r-Repubblika Libaniża minħabba l-allegat ksur minnha tad-drittijiet fundamentali tiegħu kif ukoll tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni konkluż bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, u t-tieni nett, rikors għad-danni bil-għan li jinkiseb kumpens għad-danni li allegatament sofra r-rikorrent minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa ta’ dawn l-istituzzjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Muhamad Mugraby huwa kkundannat għall-ispejjeż.