Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – CNIEL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/09) 1

“Għajnuna mill-Istat – Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati – Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji – Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni – Irtirar tad deċiżjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoniˮ

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre national interprofessionnel de l’économie laitière (CNIEL) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Cabanes u V. Kostrzewski-Pugnat, sussegwentement minn A. Cabanes, A.-C. Jeux u L. Sersiron u finalment minn A. Cabanes, L. Sersiron u M. Spy, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn B. Stromsky u S. Thomas u finalment minn B. Stromsky, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, dwar l-iskema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.Dispożitti

vMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.