Language of document : ECLI:EU:T:2015:80





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Frar 2015 — Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T‑577/14)

“Rikors għad-danni — Terminu raġonevoli — Isem żbaljat tal-konvenuta — Rappreżentanza tal-Unjoni — Ċaħda tal-eċċezzjoni tal-inamissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tal-konvenut — Deżinjazzjoni tal-Unjoni fil-kuntest ta’ rikors għad-danni — Ammissibbiltà [Artikoli 256(1) TFUE, 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(b)] (ara l-punti 15-19)

2.                     Rikors għad-danni — Rikors ippreżentat kontra l-istituzzjoni li allegatament ikkawżat ir-responsabbiltà tal-Unjoni — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikoli 13 TUE u 19 TUE; Artikoli 256(1) TFUE, 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE (ara l-punti 22-29, 35, 38, 43)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Terminu raġonevoli — Kawża dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli — Konsegwenzi — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Talba bbażata fuq tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti (Artikoli 256(1) TFUE, 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47) (ara l-punti 54-64)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament mġarrba mir-rikorrenti minħabba t-tul li ma huwiex raġonevoli tal-proċedura, quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-kawżi T-72/06, Groupe Gascogne vs Il‑Kummissjoni, u T-79/06, Sachsa Verpackung vs Il-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

L-eċċezzjoni ta’ inamissibbiltà hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.