Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - l-Italja) – Idi Srl vs Arcadis - Agenzia Regionale Campana Difesa Suolo

(Kawża C-101/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet pubbliċi, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18/KE – Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) – Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew tal-offerent – Possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludi mill-parteċipazzjoni fis-suq pubbliku kwalunkwe operatur li huwa s-suġġett ta’ proċedura ta’ arranġament mal-kredituri – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni ta’ persuni li kontrihom proċedura għad-dikjarazzjoni ta’ arranġament mal-kredituri hija ‘pendenti’, ħlief fil-każ fejn il-pjan ta’ arranġament mal-kredituri jipprevedi t-tkomplija tal-attività – Operatur li ppreżenta rikors għal arranġament mal-kredituri, filwaqt li jirriżerva l-possibbiltà li jippreżenta pjan li jipprevedi t-tkomplija tal-attività)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Idi Srl

Konvenuta: Arcadis - Agenzia Regionale Campana Difesa Suolo

fil-preżenza ta’: Regione Campania

Dispożittiv

Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jiġi eskluż minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku operatur ekonomiku li, fid-data tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni, ippreżenta rikors sabiex jikseb il-benefiċċju ta’ arranġament mal-kredituri, filwaqt li jirriżerva l-possibbiltà li jippreżenta pjan li jipprevedi t-tkomplija tal-attività tiegħu.

____________

1     ĠU C 166, 14.5.2018.