Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-137/23) 1

(“Rikors għal annullament – Saħħa pubblika – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Deċiżjoni li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq tad-Dimethyl fumarate Teva - dimetilfumarat – Tħassir tad-deċiżjoni kkontestata – Għajbien tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Biogen Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Mathieu u A. Spina, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Teva GmbH (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Z. West, G. Morgan, solicitors, M. Demetriou u S. Love, barristers)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2022) 9544 final tat-12 ta’ Diċembru 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-Dimethyl Fumarate Teva – dimethyl fumarate bħala prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem.

Dispożittiv

Ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Biogen Netherlands BV u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk relatati mat-talba għal intervent ta’ Teva GmbH.

Teva GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talba għal intervent.

____________

1     ĠU C 179, 22.5.2023.