Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – Adeva vs EUIPO – Sideme (MAISON CAVIST.)

(Kawża T-313/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MAISON CAVIST. – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea CAVISS – Raġuni relattiva ta’ invalidità – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 60(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adeva (Mitry-Mory, Franza) (rappreżentant: S. Drillon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Bovar u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société industrielle d’équipement moderne Sideme (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentant: J.-B. Bourgeois, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Marzu 2023 (Każ R 1623/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 261, 24.7.2023.