Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – Verla-Pharm Arzneimittel vs EUIPO – Converso (Pherla)

(Kawża T-357/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Pherla – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VERLA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Verla-Pharm Arzneimittel GmbH & Co. KG (Tutzing, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Valeria Converso (San Giorgio a Cremano, l-Italja) (rappreżentant: F. Musella, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Frar 2023 (Każ R 268/2022-2).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Frar 2023 (Każ R 268/2022-2) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Verla-Pharm Arzneimittel GmbH & Co. KG.

Valeria Converso għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 296, 21.8.2023.