Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – Dr. Neumann & Kindler vs EUIPO – Laboratory Corporation of America Holdings (LabCorp)

(Kawża T-674/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LabCorp – Trade marks nazzjonali u reġistrazzjoni internazzjonali ta’ trade mark verbali preċedenti labcore – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dr. Neumann & Kindler GmbH & Co. KG (Bochum, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Pfeifer u N. Gottschalk, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája, R. Raponi u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratory Corporation of America Holdings (Burlington, North Carolina, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Kunze, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 1998/2020-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dr. Neumann & Kindler GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 7, 9.1.2023.