Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2024 – Quality First vs EUIPO (MORE Nutrition)

(Kawża T-219/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Quality First GmbH (Elmshorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Schneider u M. Kleinn, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MORE Nutrition” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 573 655

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 1909/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni tal-EUIPO tal-ewwel istanza tal-31 ta’ Awwissu 2023;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.

____________