Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-278/22) 1

(“Rikors għal annullament – Saħħa pubblika – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Deċiżjoni li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq tad-Dimethyl fumarate Neuraxpharm - dimetilfumarat – Tħassir tad-deċiżjoni kkontestata – Għajbien tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Biogen Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek u B. Jong, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici, A. Sipos u E. Mathieu, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2022) 3252 final tat-13 ta’ Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-Dimethyl Fumarate Neuraxpharm – dimethyl fumarate bħala prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem

Dispożittiv

Ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Biogen Netherlands BV u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 284, 25.7.2022.