Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2024 – Kneipp vs EUIPO – Patou (Joyful by nature)

(Kawża T-157/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Joyful by nature – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea JOY – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Prova tar-reputazzjoni – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kneipp (GmbH (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pejman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Jean Patou (Pariġi, Franza)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Jannar 2023 (Każ R 532/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 173, 15.5.2023.