Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 - Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-85/04)1

("Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rapport - Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera - Proċedura ta' Evalwazzjoni 2001/2002 - Regolarità tal-proċedura ta' l-irrappurtar")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Wasserliesch, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Mosar, u wara F. Gengler u P. Goergen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Krämer u A. Manville, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tal-proċedura ta' evalwazzjoni 2001/2002 għal dak li jikkonċerna r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li tadotta r-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent f'din il-proċedura.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni li tadotta r-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera ta' Guido Strack għall-proċedura ta' evalwazzjoni 2001/2002 hija annullata.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 106, 30.4.2004