Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2015 – ZZ vs KESE

(Kawża F-33/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, N. de Montigny u D. Verbeke, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tadottax miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Frar 2013, mogħtija fil-Kawża F-124/10, Labiri vs KESE, u talba għal kumpens għad-danni morali allegatament subiti.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni impliċità tal-20 ta’ Frar 2015 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti indirizzat kontra l-astensjoni żbaljata tal-Awtorità tal-Ħatra milli tadotta l-miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tas-26 ta’ Frar 2013 fil-Kawża F-124/10;

tikkundanna lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iħallas lir-rikorrenti, bħala danni morali, is-somma ta’ EUR 50 kulljum b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2007 sa meta jiġu implementati l-miżuri ta’ assistenza deskritti fl-ittra tas-27 ta’ Mejju 2010 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni u s-somma ta’ EUR 100 kulljum b’effett mis-26 ta’ Frar 2013 sad-data tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal;jikkundanna lill-KESE jħallas lir-rikorrenti l-interessi moratorji fuq dawn is-sommom b’effett mill-20 ta’ Ottubbru 2014 sa meta dawn effettivament jittħalsu, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament miżjuda b’żewġ punti;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.