Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Moshkovich vs Il-Kunsill

(Kawża T-283/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjonijiet ta’ ċirkolazzjoni – Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi ta’ persuni, entitajiet u organi kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Kriterju ta’ negozjant influwenti li għandu attività fis-setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul għall-Gvern Russu – Dritt għall-proprjetà – Libertà ta’ impriża – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Dritt għal smigħ” )

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vadim Nikolaevich Moshkovich (Tambov, ir-Russja) (rappreżentanti : D. Rovetta, M. Campa, T. Bontinck, A. Guillerme, L. Burguin, M. Moretto, V. Villante u M. Pirovano, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič u J. Rurarz, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/397 tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 80, p. 31, rettifika fil-ĠU 2022, L 117, p. 118), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/396 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 80, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 117, p. 117), it-tieni nett, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022  li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (JO 2023, L 75 I, p. 134), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023  li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 1), u, r-raba’ nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/811 tat-13 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 101, p. 67), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/806 tat-13 ta’ April 2023  li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 101, p. 1), sa fejn dawn l-atti jinkludu u jżommu ismu fil-listi annessi mal-imsemmija atti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Vadim Nikolaevich Moshkovich huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 257, 4.7.2022.