Language of document : ECLI:EU:T:2012:328





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-28 ta̕ Ġunju 2012 — Basile e I Marchi Italiani vs UASI — Osra (B. Antonio Basile 1952)

(Kawża T-134/09)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva B Antonio Basile 1952 — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BASILE — Raġuni relattiva għal rifjut — Dekadenza minħabba tolleranza — Artikolu 53(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-bordijiet tal-appell — Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt mhux ippreżentati minn qabel quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju — Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63) (ara l-punti 15, 18, 22)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Dekadenza minħabba tolleranza — Terminu ta’ dekadenza — Bidu tad-dekorrenza (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 53(2)) (ara l-punti 30-32)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 37, 39, 62)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta̕ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 40, 41, 44, 45)

5.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva B. Antonio Basile 1952 u trade mark verbali BASILE (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(1)(b), u 52(1)(a)) (ara l-punti 61, 63, 64, 69)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1436/2007‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Osra SA u Antonio Basile.

Dispożittiv

1)

Fil-Kawża T‑134/09, l-isem tat-tieni rikorrent, I Marchi Italiani Srl, huwa mħassar mil-lista tar-rikorrenti.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Antonio Basile huwa kkundannat għall-ispejjeż, minbarra dawk li jirrigwardaw ir-rinunzja tal-atti.

4)

I Marchi Italiani Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.