Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Novembru 2023 – Electricity & Water Authority of the Government of Bahrain et vs Prysmian Netherlands BV et

(Kawża C-672/23, Electricity & Water Authority of the Government of Bahrain et)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Electricity & Water Authority of the Government of Bahrain, GCC Interconnection Authority, Kuwait Ministry of Electricity and Water, Oman Electricity Transmission Company SAOC

Konvenuti: Prysmian Netherlands BV, Draka Holding BV, Prysmian Cavi e Sistemi Srl, Pirelli & C. SpA, Prysmian SpA, The Goldman Sachs Group Inc., ABB BV, ABB Holdings BV, ABB AB, ABB Ltd, Nexans Nederland BV, Nexans Cabling Solutions BV, Nexans Participations SA, Nexans SA, Nexans France SAS

Domandi preliminari

a) Teżisti rabta stretta fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell Ia”), bejn:

minn naħa talba mressqa kontra konvenut prinċipali (ukoll: konvenut ta’ ankraġġ), li ma huwiex destinatarju ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-akkordji iżda li, inkwantu entità li allegatament tappartjeni lill-impriża fis-sens tad-dritt Ewropew tal-kompetizzjoni (iktar ’il quddiem l-“Impriża”), jitqies responsabbli downstream mill-ksur ikkonstatat tal-projbizzjoni tal-akkordji fid-dritt tal-Unjoni u

min-naħa l-oħra, talba mressqa kontra:

wieħed mill-konvenuti li huwa destinatarju ta’ din id-deċiżjoni, u/jew

wieħed mill-konvenuti, li ma huwiex destinatarju tad-deċiżjoni u li fir-rigward tiegħu ġie sostnut li huwa bħala entità ġuridika jappartjeni lill-Impriża li, fid-deċiżjoni titqies responsabbli taħt id-dritt pubbliku għall-ksur tal-projbizzjoni tal-akkordji fid-dritt tal-Unjoni?

Huwa sinjifikattiv f’dan ir-rigward:

jekk il-konvenut ta’ ankraġġ huwiex meqjus responsabbli downstream meta huwa sempliċement żamm u ġġestixxa azzjonijiet;

fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-punt (a) tar-raba’ domanda – jekk il-konvenut ta’ ankraġġ meqjus responsabbli downstream kienx ġie implikat fil-produzzjoni, fid-distribuzzjoni, fil-bejgħ u/jew fil-kunsinna ta’ prodotti li kienu s-suġġett tal-akkordju u/jew fil-provvista ta’ servizzi li kienu s-suġġett tal-akkordju;

jekk wieħed mill-konvenuti li huwa destinatarju tad-deċiżjoni, jiġix ikklassifikat fid-deċiżjoni bħala

parteċipant ta’ fatt fl-akkordju – fis-sens li huwa effettivament ipparteċipa fil-ftehim ikkonstatat jew fil-ftehimiet ikkonstatati u/jew fil-prattiki miftiehma responsabbli għall-ksur jew ukoll

entità ġuridika li tagħmel parti mill-Impriża li hija meqjusa responsabbli taħt id-dritt pubbliku għall-ksur tal-projbizzjoni tal-akkordji fid-dritt tal-Unjoni;

jekk wieħed mill-konvenuti, li ma huwiex destinatarju tad-deċiżjoni, effettivament ipproduċa, qassam, biegħ u/jew ikkunsinna prodotti u/jew servizzi li kienu s-suġġett tal-akkordju;

jekk il-konvenut ta’ ankraġġ u wieħed mill-konvenuti kinux jappartjenu għall-istess Impriża jew le;

li r-rikorrenti kienu xtraw jew ġew ikkunsinnati mingħand il-konvenut ta’ ankraġġ u/jew mingħand wieħed mill-konvenuti direttament jew indirettament prodotti u/jew servizzi;

    b) Sabiex tingħata risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda, huwa importanti jekk ikunx prevedibbli jew le li wieħed mill-konvenuti inkwistjoni jitħarrek quddiem il-qorti ta’ dan il-konvenut ta’ ankraġġ? Jekk dan huwa l-każ, din il-prevedibbiltà hija kriterju distint fl-applikazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 8 tar-Regolament Brussell Ia? Din il-prevedibbiltà bħala prinċipju teżisti fid-dawl tas-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2021, Sumal (C-882/19, EU:C:2021:800)? Sa fejn iċ-ċirkustanzi msemmija fil-punt (a)(a) sa (f) tal-ewwel domanda jippermettu li jiġi previst li wieħed mill-konvenuti għandu jkun jista’ jitħarrek quddiem il-qorti tal-konvenut ta’ ankraġġ?

Fid-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni għandu jkun hemm rigward ukoll għas-suċċess possibbli tat-talba mressqa kontra l-konvenut ta’ ankraġġ? Jekk iva, huwa suffiċjenti għall-evalwazzjoni li ma jistax jiġi eskluż minn qabel li t-talba ser tintlaqa’?

(a)    Id-dritt għal kumpens li d-dritt tal-Unjoni jagħti lil kull persuna sussegwentement għal ksur stabbilit tad-dritt tal-Unjoni dwar il-projbizzjoni tal-akkordji jinkludi d-dritt li jintalab kumpens għad-dannu subit barra ż-ŻEE?

(b)    Il-preżunzjoni aċċettata fid-dritt tal-kompetizzjoni ta’ influwenza determinanti tal-kumpanniji omm (li ġew imposti multa) fuq l-attività ekonomika tas-sussidjarji (il-“preżunzjoni Akzo”) għandha jew tista’ tapplika fil-kawżi (ċivili) dwar dannu kkawżat minn akkordju?

(c)    Kumpannija holding intermedjarja li sempliċement tiġġestixxi u żżomm azzjonijiet tissodisfa t-tieni kriterju Sumal (it-twettiq ta’ attività ekonomika li għandha rabta konkreta mas-suġġett tal-ksur li l-kumpannija omm hija meqjusa responsabbli tiegħu)?

a)    Fl-applikazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 8 tar-Regolament Brussell Ia, konvenuti differenti stabbiliti fl-istess Stat Membru jistgħu jkunu (flimkien) konvenut ta’ ankraġġ?

(b)    Il-punt 1 tal-Artikolu 8 tar-Regolament Brussell Ia jindika direttament u immedjatament il-qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali, li tipprevali fuq id-dritt intern?

(c)    Jekk il-punt (a) tar-raba’ domanda jitlob risposta fin-negattiv – b’mod li konvenut wieħed biss jista’ jkun konvenut ta’ ankraġġ – u li l-punt (b) tar-raba’ domanda jitlob risposta fl-affermattiv – b’mod li l-punt 1 tal-Artikolu 8 tar-Regolament Brussell Ia, li jipprevali fuq id-dritt intern, jindika direttament il-qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali:

Fl-applikazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 8 tar-Regolament Brussell Ia hemm diskrezzjoni għal riferiment intern għall-qorti tad-domiċilju tal-konvenut fl-istess Stat Membru?

____________

1     ĠU 2012, L 351, p. 1.