Language of document :

Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 minn Kurdistan Workers’ Party (PKK) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fit-30 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-316/14 RENV u T-148/19, PPK vs Il-Kunsill

(Kawża C-44/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Kurdistan Workers’ Party (PKK) (rappreżentanti: A.M. van Eik, T. Buruma, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2022 fil-Kawżi magħquda T-316/14 RENV u T-148/19 sa fejn din tirrigwarda ċ-ċaħda tar-rikorsi għal annullament ippreżentati kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513 tas-26 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 790/2014 1 , ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1325 tal-31 ta’ Lulju 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/513 2 , ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2425 tal-21 ta’ Diċembru 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1325 3 , ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1127 tat-12 ta’ Lulju 2016 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2425 4 , ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/150 tas-27 ta’ Jannar 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1127 5 , ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/150 6 , id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019 li temenda u taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK tat-8 ta’ Jannar 2019 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1084 7 , u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/25 8 , sa fejn dawn jirrigwardaw lill-PKK (magħruf ukoll bħala KADEK jew KONGRA-GEL);

tagħti deċiżjoni finali fil-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tannulla dawn ir-regolamenti ta’ implimentazzjoni u deċiżjonijiet sa fejn dawn jirrigwardaw lill-PKK (magħruf ukoll bħala KADEK jew KONGRA-GEL);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-kontenzjuż tal-appellant li jirriżultaw minn dan l-appell u mill-kawżi magħquda T-316/14 RENV u T-148/19, flimkien mal-interessi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jissottometti li l-Qorti Ġenerali żbaljat fid-deċiżjoni kkontestata fuq il-punti li ġejjin:

I. Il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi fir-rigward tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu 1 (iktar ’il quddiem “PK 931”) fir-rigward b’mod partikolari tal-interpretazzjoni mogħtija għall-“għanijiet” fiha u l-applikazzjoni tagħha għall-kawża. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li l-motiv li jallega ksur tal-Artikolu 1(3) PK 931 għandu jiġi miċħud.

II. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Kunsill seta’ jibbaża ruħu fuq l-ordni tas-Segretarju tal-Istat għall-Intern tar-Renju Unit tad-29 ta’ Marzu 2001 (iktar ’il quddiem “id-Deċiżjoni tal-2001 tar-Renju Unit”) bħala d-Deċiżjoni taħt l-Artikolu 1(4) PK 931, peress li ma huwiex ċar jekk l-avvenimenti msemmija fil-motivazzjoni b’konnessjoni mad-Deċiżjoni tal-2001 tar-Renju Unit humiex fil-bażi tad-Deċiżjoni tal-2001 tar-Renju Unit, dawn l-avvenimenti huma skaduti u ma jissostanzjawx il-konklużjoni li l-appellant kien grupp terroristiku fis-sens ta’ dan l-artikolu. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li l-motiv li jallega ksur tal-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(4) PK 931, sa fejn il-miżuri kkontestati huma bbażati fuq id-Deċiżjoni tal-2001 tar-Renju Unit, għandhom jiġu miċħuda.

III. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-istħarriġ tal-Kunsill issodisfa l-obbligi taħt l-Artikolu 1(6) PK 931, li sar b’mod debitu u xieraq u li l-motiv tal-appellant li l-Artikolu 1(6) ġie miksur mill-Kunsill għandu jiġi miċħud fir-rigward tal-miżuri tal-2015 sal-2017 u d-deċiżjonijiet tal-2019.

IV. Il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u applikatu b’mod żbaljat għall-kawża ineżami.

V. Il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li l-Kunsill issodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni.

____________

1 ĠU 2015, L 82, p. 1.

1 ĠU 2015, L 206, p. 12.

1 ĠU 2015, L 334, p. 1.

1 ĠU 2016, L 188, p. 1.

1 ĠU 2017, L 23, p. 3.

1 ĠU 2017, L 204, p. 3.

1 ĠU 2019, L 6, p. 6.

1 ĠU 2019, L 209, p. 15.

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217.