Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Settembru 2010 - Brighton Collectibles vs UASI - Felmar (BRIGHTON)

(Kawża T-403/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Brighton Collectibles, Inc. (City of Industry, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: R. Delorey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Felmar (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2010 fil-Każ R 408/2009-4;

tannulla kull ordni għall-ħlas tal-ispejjeż kontra r-rikorrenti maħruġa mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "BRIGHTON", għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks verbali u figurattivi mhux irreġistrati "BRIGHTON" u "Brighton", użati fil-kummerċ fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fil-Ġermanja u fl-Italja fir-rigward ta' ċintorini; it-trade marks verbali u figurattivi magħrufa "BRIGHTON" u "Brighton", użati fil-kummerċ fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fil-Ġermanja u fl-Italja fir-rigward ta' prodotti tal-ġilda, kpiepel, ġojjelli u arloġġi.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball ta' liġi meta kkonstata li d-drittijiet preċedenti li kienet ibbażata fuqhom l-oppożizzjoni ma kinux ġew ipprovati; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell eskluda b'mod żbaljat il-probabbiltà ta' konfużjoni.

____________