Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Papouis Dairies et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-361/21) 1

(“Agrikoltura – Denominazzjoni ta’ oriġini protetta – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tad-denominazzjoni ‘Χαλλούμι’ (Halloumi)/‘Hellim’ (DOP) – Artikolu 52(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Tul tal-proċedura amministrattiva – Portata tal-istħarriġ eżerċitat mill-Kummissjoni fuq l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Papouis Dairies Ltd (Nikosija, Ċipru) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għas-sentenza (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, B. Hofstötter u B. Rechena, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika taʼ Ċipru (rappreżentanti: E. Zachariadou, I. Neophytou, E. Symeonidou u M. Marinou, aġenti, assistiti minn T. Georgopoulos, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/591 tat-12 ta’ April 2021 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Χαλλούμι” (Halloumi)/“Hellim” (DOP)) (ĠU 2021, L 125, p. 42).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Papouis Dairies Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika ta’ Ċipru għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 357, 6.9.2021.