Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Passalacqua vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-318/22) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2021 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 11 – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Regola ta’ konkordanza – Eżami komparattiv tal-merti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu

ħażin ta’ poter – Responsabbiltà – Danni materjali u morali”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Roberto Passalacqua (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u L. Hohenecker, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li huwa ma jingħatax promozzjoni għall-grad AD 11 abbażi tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni 2021 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ April 2022 li tiċħad l-ilment R/620/21 kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippromwovi għall-grad AD 11 l-uffiċjali elenkati fil-lista ta’ uffiċjali promossi abbażi tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni 2021 u, min-naħa l-oħra, sussidjarjament, kumpens għad-dannu li huwa allegatament sostna bħala riżultat tad-deċiżjoni kkontestata u tad-deċiżjoni tas-superjuri ġerarkiċi tiegħu li ma jippubblikawx il-verżjoni sħiħa tal-preżentazzjoni mogħtija fl-okkażjoni tar-round table organizzata fl-14 ta’ Jannar 2021.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Roberto Passalacqua huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 276, 18.7.2022.