Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Settembru 2007 - EARL Salvat père & fils et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-136/05)1

("Għajnuniet mogħtija mill-Istat - Miżuri ta' konverżjoni fil-produzzjoni ta' l-inbid - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuniet parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal anullament - Ammissibilità - Obligazzjoni ta' motivazzjoni - Evalwazzjoni fid-dawl ta' l-Artikolu 87(1), KE ")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: EARL Salvat père & fils (Saint-Paul-de-Fenouillet, il-Franza); Comité interprofessionnel des vins doux naturels et vins de liqueur à appellations contrôlées (CIVDN) (Perpignan, Franza); u Comité national des interprofessions des vins à appellation d'origine (CNIV) (Parigi, Franza) (rappreżentanti: H. Calvet u O. Billard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-partijiet rikorrenti : Ir-Repubblika ta' Franza (rappreżentant : G. de Bergues, aġent)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament ta' l-Artikolu 1(1) u 1(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, 2007/252/KE tad-19 ta' Jannar 2005, dwar "il-Pjan Rivesaltes" u t-taxxi parafiskali CIVDN implementati minn Franza (ĠU L 112, p.1).

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud

Ir-rikorrenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż.

Ir-repubblika ta' Franza għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 132, 28.5.2005.