Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-12 ta’ Mejju 2017 – Ryanair Ltd vs The Revenue Commissioners
(Kawża C-249/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ryanair Ltd
Konvenuti: The Revenue Commissioners
Domandi preliminari
L-intenzjoni futura li jipprovdi servizzi ta’ ġestjoni lil kumpannija fil-mira ta’ akkwist, f’każ li l-akkwist iseħħ, hija suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li l-akkwirent potenzjali jiġġestixxi attività ekonomika għall-finijiet tal-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva tal-VAT 1 biex b’hekk il-VAT imposta fuq l-akkwirent potenzjali fuq oġġetti jew servizzi pprovduti bil-għan li javvanza l-akkwist rilevanti tkun tista’ potenzjalment tiġi kkunsidrata bħala VAT tal-input fuq l-attività ekonomika intenzjonata għall-provvista ta’ tali servizzi ta’ ġestjoni; u
Jista’ jkun hemm “rabta diretta u immedjata” suffiċjenti, kif identifikata bħala rekwiżit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Cibo 2 , bejn is-servizzi professjonali pprovduti fil-kuntest ta’ tali akkwist potenzjali u output, li jikkonsisti fil-provvista potenzjali ta’ ġestjoni tal-mira ta’ akkwist fil-każ li l-akkwist iseħħ, biex b’hekk ikun permess tnaqqis fir-rigward tal-VAT dovuta fuq dawk is-servizzi professjonali?
____________1 Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).
2 Sentenza tas-27 ta’ Settembru 2001, Cibo Participations SA vs Directeur régional des impôts du Nord-Pas-de-Calais, C-16/00, EU:C:2001:495.