Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Marzu 2011 - Marszałkowski vs UASI - Mar-Ko Fleischwaren (WALICHNOWY MARKO)

(Kawża T-159/11)

Lingwa tar-rikors: il-Polakk

Partijiet

Rikorrent: Marek Marszałkowski (Sokolniki, il-Polonja) (rappreżentant: C. Sadkowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mar-Ko Fleischwaren GmbH & Co. KG (Blankenheim, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Jannar 2011 (fil-Każ Nru R 760/2010-4), li rrifjutat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja "Marko Walichnowy" għall-prodotti segwenti fil-klassi 29: laħam, prodotti magħmulin mil-laħam u mil-laħam tat-tjur, fosthom patè, kirex, zalzettiet bil-kaboċċi, laħam tal-bott u prodotti magħmulin mil-laħam u l-ħxejjex, fosthom il-kaboċċi mqattgħa mmarinati u laħam tat-tjur (inkluż dawk li jinsabu f'pakketti), pulpetti tal-laħam f'zalza tal-ħaxix;

sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni kkontestata b'mod li jiġi aċċettat il-prinċipju li t-trade mark Komunitarja "Marko Walichnowy" tiġi rreġistrata għall-prodotti msemmija iktar 'il fuq fil-klassi 29

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, billi tobbligah b'mod partikolari jirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni tiegħu fil-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "Marko Walichnowy" għal prodotti fil-klassi 29 - applikazzjoni Nru 007161541

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Mar-Ko Fleischwaren GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja verbali "Mar-Ko" għal ċerti prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u t-talba għall-prodotti segwenti fil-klassi 29 miċħuda: laħam, prodotti magħmulin mil-laħam u mil-laħam tat-tjur, fosthom patè, kirxex, zalzettiet bil-kaboċċi, laħam tal-bott u prodotti magħmulin mil-laħam u l-ħxejjex, fosthom il-kaboċċi mqattgħa mmarinati u laħam tat-tjur (inkluż dawk li jinsabu f'pakketti), pulpetti tal-laħam f'zalza tal-ħaxix;

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1, inkwantu l-Bord tal-Appell qies li t-trade marks kienu jixxiebhu u li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1.